Ambjent Lokali

Multa ta’ €2 kuljum għal gradi llegali f’Manoel Island

Wara ħafna pressjoni mill-attivisti biex jitneħħew gradi llegali li twaħħlu f’Manoel Island mill-kumpanija MIDI, l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni… li timmulta lill-MIDI €2 kuljum.

L-enforcement notice twaħħlet maġenb il-grada ewlenija li tagħlaq l-aċċess għal Manoel Island. Ħafna kkritikaw il-multa, li kienet deskritta bħala multa żgħira ħafna.

Skont l-enforcement notice mwaħħal mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-penali huma ta’ €2 kuljum għal sena. Wara li tgħaddi sena, jekk il-gradi llegali jkunu għadhom ma tneħħewx, il-penali jiżdiedu għal €4 kuljum.