Lokali

Nar qawwi jaħraq numru ta’ vetturi u trakkijiet fil-Mosta

Arkivji

Numru ta’ vetturi, inklużi trakkijiet u vannijiet kummerċjali, ħadu n-nar f’garaxx fil-Mosta.

Is-Sibt filgħodu, fi Triq Carmelo Dimech il-Mosta, nar qawwi qabad fejn mal-ewwel fuq il-post biex jikkontrollaw in-nar marru membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Numru ta’ vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ttieħdu fuq il-post sabiex jintefa n-nar, fejn total ta’ 11-il persuna assistew fl-operazzjoni.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ fl-inċident.