Sport Waterpolo

Neptunes iżommu l-ewwel post fi tmiem l-ewwel fażi

Neptunes Grimaldi għalqu l-ewwel fażi tal-kampjonat fl-ewwel fażi meta ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Valletta McDonalds 15-10. Logħba li fiha Neptunes ikkmandaw il-partita mill-bidu b’vantaġġ komdu ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni li wittew it-triq għar-rebħa.

Kien biss wara li Neptunes marru 7-0 minn fuq li Valletta sabu x-xibka darbtejn biex għalqu t-tieni sessjoni 7-2 minn taħt. L-andament fit-tielet sessjoni baqa’ l-istess b’Neptunes jamministraw f’sessjoni li spiċċat f’parità.

L-aħħar sessjoni kompliet tikkonsisti f’aktar gowls b’Valletta jagħmlu rimonta żgħira u jnaqqsu d-distakk għal tliet gowls bi 3 minuti u 39 sekonda. Iżda Neptunes kienu pronti u skurjaw żewġ gowls oħra biex għalqu l-partita b’mod definit.