Filmat: Nirien f’residenza fl-Imġarr

Aġġornata: Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu dar fi Triq San Filippu fl-Imġarr.

Skont informazzjoni mogħtija lill-dan is-sit mill-Pulizija, in-nar żviluppa fil-kċina tar-residenza. Fortunatament ħadd ma kien fid-dar fil-ħin tan-nirien.

Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien. Il-Pulizija ġew infurmati bin-nirien ftit qabel is-1.20 ta’ waranofsinhar.