Lokali

Nirien jaħkmu parti minn stabbiliment fiż-Żejtun

Arkivji

Dalgħodu, nirien ħakmu parti mill-istabbiliment ta’ Montebello Group fiż-Żejtun, f’żona fejn ikun hemm maħżuna t-tyres.

Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.

In-nirien laħqu ġew ikkontrollati mill-impjegati tal-kumpanija sakemm waslu fil-post il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.