Il-President Norman Darmanin Demajo ġie konfermat bħala President tal-MFA fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA. Minkejja li kien l-unika kontestant għal kariga, Darmanin Demajo talab vot ta’ fiduċja b’116-il vot favur u 18 kontra.
Fl-elezzjonijiet tal-viċi Presidenti, kollox baqa’ kif inhu b’Chris Bonett ikun elett b’119-il vot, Ludovigo Micallef iġib 93 vot filwaqt li Alex Manfre ġab 74 vot. Il-kandidati l-oħra kienu Angelo Chetcuti li ġab 58 vot filwaqt li Victor Cassar ġab 28 vot.
//= $special ?>