Lokali

Numru ta’ ħaddiema tal-ekwipaġġ jiddaħħlu jaħdmu mal-Air Malta

Matul dan ix-xahar il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta impjegat numru ta’ ħaddiema ġodda bħala cabin crew.

Informazzjoni sensittiva miksuba minn Net News tindika illi dawn il-ħaddiema ddaħħlu mal-Air Malta fuq bażi part time sal-aħħar ta’ Ottubru. U l-impjieg tagħhom qajjem ħafna domandi fost il-cabin crew preżenti, u ħaddiema oħrajn.

Intant, il-kumpanija tinsab fil-proċess sabiex tbiddel iż-żraben kollha tal-membri tal-ekwipaġġ. Il-ħaddiema intalbu, permezz ta’ ittra, jgħaddu l-informazzjoni dwar il-qies taż-żarbun li jilbsu. Dan jgħoddu kemm għall-cabin crew nisa kif ukoll għall-irġiel.

L-ittra intbghatet fid-9 ta’ Settembru mill-Aġent Kap tal-Cabin Crew u Inflight Services. Il-kumpanija Skypro se tissuplixxi dawn iż-żraben.

L-informazzjoni mitluba minn naħa tal-managment kellha tasal sal-Ġimgħa 9 ta’ Settembru.

Ħaddiema tal-Air Malta li tkellmu ma’ dan l-istazzjon esprimew rabja għal dawn il-manuvri, meta sa issa inżammew fid-dlam dwar x’se jsir minnhom jekk jidħol fis-seħħ il-ftehim mal-Alitalia.