Internazzjonali

Obama ottimist dwar Clinton

epa05444861 United States President Barack Obama and Democratic Nominee for President Hillary Clinton, wave after addressing the delegates on the third day of the Democratic National Convention at the Wells Fargo Center in Philadelphia, Pennsylvania, USA, 26 July 2016. The four-day convention is expected to end with Hillary Clinton formally accepting the nomination of the Democratic Party as their presidential candidate in the 2016 election. EPA/PETER FOLEY

Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, talab lill-eletorat biex ikompli jibni fuq il-wirt politiku tiegħu u jagħti rebħa lil Hillary Clinton, il-kandidat tal-Partit Demokratiku, fl-elezzjoni għall-Presidenza Amerikana li ssir f’Novembru.
Meta tkellem waqt il-Konvenzjoni Nazzjonali tad-Demokratiċi fil-belt ta’ Philadelphia, Obama rrefera għal Clinton, li hi eks Segretarju tal-Istat Amerikan, bħala ‘l-aktar persuna kwalifikata li qatt ikkuntestat għall-White House’.
Skont Obama, l-elettorat tal-Istati Uniti jista’ jagħżel bejn ‘il-biża’ u t-tama’, bil-President jikkundanna lill-kandidat Repubblikan, Donald Trump, bħala politiku li jappella lill-preġudizzji tal-poplu aktar milli wieħed li jibbaża fuq ‘politika ta’ raġuni’.
Il-President Obama fakkar fir-rebħiet importanti tiegħu tul it-tmien snin li ilu jokkupa l-White House filwaqt li insista li wieħed għandu jħossu ottimist dwar il-futur. Hu faħħar il-karattru ta’ Hillary Clinton bħala ‘mexxejja li qed taħdem fuq pjan għat-twaqqigħ ta’ ostakli qalb is-soċjetà u biex jikber iċ-ċirku tal-opportunità għal kull Amerikan’.
Tkellem ukoll f’Philadelphia il-Viċi-President Amerikan Joe Biden li wkoll attakka lil
Donald Trump bħala ‘politiku li mgħandux idea tal-fatturi li jagħmlu lill-Istati Uniti pajjiż hekk kbir u influwenti.’ Biden, fl-istess ħin, akkuża lil Trump bħala ‘sostenitur tal-intolleranza reliġjuża’ u
Fl-aħħar sigħat, Hillary Clinton kienet qed tħejji biex taċċetta uffiċjalment in-nomina tal-Partit Demokratiku biex tikkuntesta għall-White House, bl-Istati Uniti u d-dinja qed jistennew għal konfronti ħorox bejnha u Trump qabel il-poplu Amerikan jikkonferma l-għażla għal President, f’Novembru.