Internazzjonali

Offensiva militari Torka fis-Sirja

epa05508235 Smoke rises after attacks by war planes during an operation againsts ISIS in Syria, as viewed from the Karkamis district of Gaziantep, Turkey, 24 August 2016. The Turkish army launched an offensive operation against ISIS in Syria's Jarablus with its war jets and army troops in coordination with the US led coalition war planes. EPA/SEDAT SUNA

Madwar 12-il tank tal-gwerra Tork akkumpanjati mit-truppi qasmu l-fruntiera lejn is-Sirja f’offensiva kontra l-militanti tal-ISIS kif ukoll il-Kurdi.
Qabel, kien hemm bumbardament qalil kemm mill-art kif ukoll mill-ajru fl-inħawi madwar Jarablus.
Il-President Tork, Tayyip Erdogan, qal li fil-mira ta’ din l-offensiva kien hemm kemm l-ISIS kif ukoll ir-ribelli Kurdi. Dan peress li filwaqt li l-mira ewlenija tal-offensiva huma l-ġellieda tal-ISIS, it-Turkija trid tevita li r-ribelli Kurdi jokkupaw il-vojt li jkun tħalla mill-ISIS bil-konsegwenza li dawn imexxu territorju tul il-fruntiera Torka.
Din l-offensiva seħħet fl-isfond ta’ diversi attakki terroristiċi fit-Turkija li s-suspetti ewlenin huma li twettqu mill-ISIS.