Internazzjonali

Omm tqila tinqatel f’attakk mill-ajru Iżraeljan

epa04973357 Palestinians inspect the crater left after an Israeli air strike in the Gaza Strip on, 11 October 2015. The Israeli airstrike in the northern Gaza Strip killed a Palestinian woman who was five-months pregnant and her 2-year-old daughter. Four other members of the woman's family were injured when their home collapsed in Gaza City's Zaytoon neighbourhood, Gaza Health Ministry spokesman Ashraf al-Qedra said. The Israeli military said it targeted two weapons workshops after Palestinian militants launched a missile at the southern Israeli coastal city of Ashkelon, which was intercepted by the Iron Dome defence system. EPA/MOHAMMED SABER

Omma Palestinjana li kienet tqila u bintha nqatlu l-Ħadd filgħodu nqatlu f’attakk mill-ajru Iżraeljan fil-Medda ta’ Gaza. Dan hekk kif qed mhi qed tbatti xejn il-mewġa ta’ vjolenza bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani.
Vjolenza li tul dawn l-aħħar 12-il ġurnata ħalliet 23 Palestinjan u erba’ Iżraeljani mejta.
L-attakk mill-ajru sar bi tpattija għal rockets li kienu sparati mill-Medda ta’ Gaza lejn n-Nofsinhar ta’ Iżrael. Fl-istess ħin, il-Pulizija Iżraeljana qalet li kienet xejnet attentat b’karozza bomba f’Ġerusalemm. Il-Pulizija qalet li mara twaqqfet bil-karozza tagħha mill-Pulizija u hekk kif avviċina l-pulizija, ippruvat tisplodi lilha nfisha imma l-isplussiv ma ħax kollu u hi u l-pulizija ndarbu fl-isplużjoni li kien hemm. Fil-karozza nstabet kwantità akbar ta’ splussiv.
S’issa l-vjolenza mill-Palestinjani ta’ dawn l-aħħar ġranet kienet l-aktar permezz ta’ skieken.
Fil-qofol ta’ din l-aħħar mewġa ta’ inkwiet, apparti proċess ta’ paċi staġnat, hemm protesti tal-Musulmani dwar l-aċċess għal-Lhud għall-moskea ta’ al-Aqsa f’Ġerusalemm – it-tielet post l-aktar imqaddes għar-reliġjon Musulmana.
Il-Palestinjani huma skomdi ħafna miż-żjarat li dejjem qed jiżdiedu ta’ Lhud fil-pjazza tal-moskea – post li hu importanti anki fir-reliġjon Lhudija – minn Lhud u politiċi estremisti tal-lemin. Dan peress li l-Palestinjani qed isostnu li dawn iż-żjarat qed inaqqru l-awtoritajiet tagħhom fuq il-post.
Iżrael iżda qed jinsisti li mhux se jbiddel is-sistema preżenti fejn il-Lhud jistgħu jżuru l-inħawi sakemm ma jsirx talb mhux Musulman.