Internazzjonali

Operat biex ineħħulu 40 sikkina mill-istonku

Raġel fl-Indja kellu jgħaddi minn operazzjoni biex jitneħħewlu xejn anqas minn 40 sikkina ta’ diversi tipi mill-istonku.

L-operazzjoni delikata saret ġo sptar, fil-belt ta’ Amritsar u l-aħħar rapporti qalu li l-pazjent, Surjeet Singh, qed jirkupra wara din il-kirurġija.

Il-kelliema kkonfermaw li l-40 sikkina ‘kienu elevati mill-istonku tar-raġel li kien belagħhom fuq perjodu ta’ xahrejn’. Intant, it-tobba qalu li l-pazjent inkwistjoni qed ibati bi problemi mentali