Lokali Qorti

Ordnat jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità

Persuna llum riformata li kienet tieħu d-drogi ngħatat sentenza ta’ xogħol komunitarju wara li nstab ħati li seraq €2,500 fi prodotti ta’ fwejjaħ biex ikun jista’ jsostni t-teħid tad-droga.

Il-każ instema quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud fejn kien stabbilit li l-persuna llum irriforma li waqqaf l-użu tad-droga. Il-Qorti ddeċidiet li isem il-persuna, ta’ 38 mill-Għargħur ma jixxandarx. Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Mifsud ordna li l-akkużat jagħmel 100 siegħa ta’ xogħol fil-komunità li jħallas l-ammont ta’ flus misruqa.