Lokali

Owen Bonnici jieħu l-proposti tal-Oppożizzjoni ‘with a pinch of salt’

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li hu kien qed jieħu lill-Oppożizzjoni ‘with a pinch of salt’ fil-kuntest tal-proposti li pproponiet dwar ir-riformi meħtieġa fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti.

F’konferenza tal-aħbarijiet ftit wara li l-PN ippubblika l-proposti tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-PN kellu 25 sena biex jagħmel li-proposti, ma nkludiehomx fil-progrmam elettorali u ma kinx ipparteċipa bi proposti fil-Kummissjoni Bonello. Il-Ministru Bonnici kompla li l-prijorità li għandu l-gvern hi d-dewmien fil-aka u għalhekk il-gvern hu determinat li jibqa’ jappunta ġudikanti. Dwar il-proposti tal-PN, il-Ministru Bonnici qal li l-PN bidel il-pożizzjoni għaliex minn pożizzjoni favur il-proposti tal-Kummissjoni Bonello issa resaq iktar lejn il-proposti tal-Kamra tal-Avukati.

Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li irrispettivamnet mill-proposti tal-Oppożizzjoni, il-Gvern se jagħmel ir-riforma li jemmen fiha.

Tul il-konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru takl-Ġustizzja ma tkellem xejn dwar il-kontroversja maħluqa min-nomini ta’ żewġ maġistrati; liema karigi kienu kkunsidrati bħala li jmorrru kontra l-kostituzzjoni. Kien biss wara li kien mistoqsi mill-ġurnalisti li l-Ministru Bonnici tkellem dwar din il-kontroversja.

Mistoqsi jekk kien jaf minn qabel li ż-żewġ nomini se jkunu kkunsidrati li jmorru kontra l-kostituzzjoni, il-Ministru Bonnici wieġeb fin-negattiv u qal li l-Gvern jemmen li dawn in-nomini ma jmorrux kontra l-kostituzzjoni. Mistoqsi dwar il-kontroversja li misser l-Avukat Zammit Young hu canvasser tiegħu u li hemm neptoiżmu fin-nomini, il-Ministru Bonnici ċaħad u qal li missier Zammit Young mhux canvasser tiegħu.

Dwar il-proposti li l-Professur Kevin Aquilina prpeżentalu dwar it-riforma fil-ġustizzja u fil-ħatriet tal-ġudikanti, il-Ministrru tal-Ġustizzja qal li l-Kummissjoni Bonello għamlet 450 proposta u għalhekk mhux possibbli li dawn jdidaħħlu kollha f’salt.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici insista li mhux eskluż li l-gvern jappunta iktar ġudikanti u kkofnermali l-Avukat Frarugia Frendo se tinħatar Maġistrat ix-xahar id-dieħel.