Lokali

Owen Bonnici se jibqa’ jissemma’ bħala l-Ministru tal-Ġustizzja li kiser il-Kostituzzjoni

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li Owen Bonnici se jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-Ministru tal-Ġustizzja li kiser l-għola liġi ta’ pajjiżna, il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Il-Partit Nazzjonalista kompla, li fi żmien ġimgħatejn, l-Partit Laburista ġie kkundannat minn istituzzjoni indipendenti u issa bi ksur tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. B’hekk il-Partit Laburista jinsab dahru mal-ħajt.

Fl-istqarrija ssemma’ kif il-Partit Nazzjonalista verament huwa Gvern alternattiv, hekk kif minkejja li jinsab fl-Oppożizzjoni se jkun hu li jressaq liġi ġdida li għandha twassal għal bidliet radikali fil-ħatriet tal-ġudikatura, u mhux se jogħqod jistenna lill-Gvern biex jieħu azzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista, kompla billi kwota lid-Dekan tal-Fakulta’ tal-Liġi tal-Universita’ ta’ Malta Kevin Aquilna, fejn qal li Owen Bonnici ilu b’abbozz ta’ liġi fuq l-iskrivanija tiegħu għal 28 xahar, iżda xorta waħda ma għamel xejn. L-unika ħaġa li għamel kien li kiser il-Kostituzzjoni.

L-istqarrija kkonkludiet li l-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu ħafna aħjar.