Internazzjonali

Partit estremist elett fil-Parlament Ċiprijott

epa05323734 A handout photograph made available by the Cypriot Press and Information Office shows election workers counting votes at a polling station in Nicosia, Cyprus, 22 May 2016. Cypriots go to the polls to elect a new House of Representatives of the Republic of Cyprus for the next five years. EPA/CYPRIOT PRESS OFFICE / HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-partit taċ-ċentru lemin f’Ċipru kiseb l-akbar ammont ta’ vot fl-elezzjoni Parlamentari li saret il-Ħadd.
Iżda kienet ukoll elezzjoni karaterizzata minn ammont kbir ta’ nies li ma marrux jivvutaw u biż-żewġ partiti tradizzjonali Ċiprijotti, ir-Rally Demkratiku (DISY) u l-Kommunisti tal-AKEL jirreġistraw tnaqqis fil-voti mill-aħħar elezzjoni fl-2011.
Min-naħa l-oħra, il-partit estremista tal-ELAM irnexxielu jikseb aktar minn 3.6 fil-mija tal-voti meħtieġa biex ikun rappreżentat għall-ewwel darba fil-Parlament u se jkollu tal-anqas żewġ siġġijiet. Dan il-partit għandu rabtiet mal-grupp estremista Grieg taż-Żerniq tad-Deheb.
Il-Presdient Ċiprijott jiġi elett f’elezzjoni oħra imma l-vot tal-Ħadd tqies bħala test għall-popolarita tal-President Nicos Anastasiades li l-mandat tiegħu jintemm fl-2018.