Internazzjonali

Passi kontra l-konsum ta’ alkoħol f’postijiet pubbliċi f’Ibiza

It-turisti, fil-maġġoranza Britanniċi, li dan is-sajf beħsiebhom iżuru wieħed mill-aktar resorts popolari ta’ Ibiza, jistgħu jeħlu multi ta’ aktar minn 600 lira Sterlina jekk jinqabdu jixorbu l-ilma fit-triq.
Il-kapijiet tal-kunsill f’San Antonio jridu jipprojbixxu kull konsum ta’ alkoħol f’postijiet pubbliċi bħala parti minn pakkett ta’ miżuri għal kontra kwalunkwe imġiba ħażina f’din id-destinazzjoni li hi ‘favorita kbira’ mat-turisti żgħażagħ mir-Renju Unit.
L-istess kapijiet tal-kunsill jgħidu li jekk il-likwidu fi flixkun hu ċar, ikun ‘impossibbli’ għall-pulizija li jiddeterminaw b’ċertezza li l-persuna li qed tixrob minnu mhix qed tikkonsma l-alkoħol. Għaldaqstant, ittieħdet deċiżjoni mill-awtoritajiet biex tidħol fis-seħħ projbizzjoni għal kull tip ta’ xorb fit-toroq.
Il-liġi ġdida, li tista’ tfisser multi ekwivalenti għal 750 ewro.
Il-kapijiet tas-settur turistiku f’San Antonio, li tinsab xi 20 minuta biss ’il bogħod mill-belt ta’ Ibiza, qalu li jridu jistinkaw biex ineħħu r-reputazzjoni ta’ resort li qed jispiċċa frekwentat minn vandali fis-sakra li, meta ma jkunux qed jaqilgħu l-vjolenza, jispiċċaw minxurin mal-art ‘f’dagħdigħa’, matul is-sigħat kollha tal-jum u l-lejl.