Lokali

Ġuvni t’24 sena involut f’incident tat-traffiku fil-Fgura

Skont l-aħħar rapporti jidher li ġuvni ta’ 24 sena minn Bormla ttieħed l-isptar Mater Dei wara li t-tgħajjar minn vettura tat-tip Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti Ħal Tarxien. L-inċident seħħ fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq Pelikani, il-Fgura.

Jidher li jista’ jkun li waħda mir-raġunijiet li seħħ l-inċident huwa minħabba nuqqas ta’ dawk fit-toroq imsemmija. Il-persuna involuta fl-inċident kienet qed issuq rota bil-mutur.

Il-Puliżija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.