Lokali

Aġġornata : Żewġ persuni jittieħdu l-isptar f’ħabta bejn erba’ karozzi fi Triq Reġjonali

Żewġ persuni, żagħzugħ ta’ 22 sena minn Ħal-Luqa u mara ta’ 31 sena minn Santa Venera ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku bejn erba’ karozzi fit-Triq Mikiel Anton Vassallo, fl-Msida (It-Triq Reġjonali).

L-inċident, li seħħ għall-ħabta tat-8a.m. seħħ bejn erba’ karozzi, ‘bumper-to-bumper’  u kienu nvoluti wkoll tfajla ta’ 25 sena minn B’Bugia u raġel ta’ 61 sena, iżda fortunatament ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.

incident 2