Futbol Sport

Pietro Ghedin isejjaħ l-iskwadra għal kontra l-Estonja u l-Iskozja

Pietro Ghedin isejjaħ skwadra proviżorja ta' 23 plejer

Il-kowċ nazzjonali Malti tal-kbar Pietro Ghedin, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab f’Parnu, kontra l-Estonja u għall-ewwel partita minn Grupp F tal-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, kontra l-Iskozja.

Malta tilgħab kontra l-Estonja l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu u kontra l-Iskozja fl-4 ta’ Settembru fejn dakinhar tintlagħab l-ewwel partita fuq il-pitch il-ġdid ta’ Ta’ Qali

L-iskwadra msejħa minn Ghedin hi din:

Gowlkipers: Andrew Hogg (Hibernians), Henry Bonello (Valletta)

Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Jonathan Caruana (Valletta), Zach Muscat (Arezzo) Steve Borg (Valletta), Ryan Camilleri (Valletta), Clifford Gatt Baldacchino (Gzira United), Joseph Zerafa (Birkirkara), Clayton Failla (Hibernians)

Midfielders: Paul Fenech (Balzan), Roderick Briffa (Valletta), Gareth Sciberras (Birkirkara), Bjorn Kristensen (Hibernians), Luke Gambin (Barnet), Ryan Scicluna (Birkirkara)

Attakkanti: Andre’ Schembri (Boavista), Alfred Effiong (Balzan), Michael Mifsud (Valletta), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers)