Internazzjonali

Polemika bejn il-Palestinjani u l-EBU dwar l-Eurovision

 

Hekk kif għad fadal ftit ġranet għall-Eurovision fi Stokkolma, mhuma qed ibattu xejn il-polemiċi. Dan wara li  t-tmexxija Palestinjana kundannat lill-Eurovision Song Contest wara deċiżjoni biex il-bandiera Palestinjan, flimkien ma’ oħrajn, ma jitħallewx jittajru waqt il-kompetizzjoni.

Il-European Broadcast Union (EBU), li torganizza l-Eurovision, il-ġimgħa li għaddiet ippubblikat lista ta’ bnadar li ma jistgħux jintwerew waqt il-kompetitżjoni. Apparti dik Palestinjana, hemm ukoll dik tal-Iskozja, il-Kosovo, it-Tramuntana ta’ Ċipru kif ukoll dik tal-ISIS.

Uffiċjali fl-Awtorità Palestinjana kienu pronti ilmentaw dwar dan il-pass u talbu l-EBU biex tirtira d-deċiżjoni u toħroġ apoloġija lill-11-il miljun Palestinjan.

Għalkemm l-organizzaturi tal-Eurovision ħarġu apoloġija jekk weġġgħu s-sentimenti, ma qalux jekk id-deċiżjoni kenitx irtirata.

Il-Palestinjani ma jipparteċipawx fil-Eurovision li jibda fl-14 ta’ Mejju u din is-sena qed isir f’Stokkolma fl-Iżveżja.