Internazzjonali

Polemika ġdida dwar it-TTIP

epa05278210 Farmers and members of Milieudefensie (Dutch environmental organization) demonstrate against the controversial transatlantic trade agreement TTIP in The Hague, The Netherlands, 26 April 2016. The Second Chamber is debating this trade agreement which would exclude the European Union and the United States. EPA/MARTIJN BEEKMAN

Komplew il-polemiċi dwar il-ftehim ta’ kummerċ ħieles li qed ikun negozjat bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea magħruf bħala Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP).
Dwar dan l-organizzazzjoni Greenpeace żvelat li dokumenti sigrieti li kisbet juru li l-ftehim kien se jnaqqas il-livell ta’ protezzjoni tal-produzzjoni tal-ikel u l-ambjent fl-Ewropa.
Imma l-Kummissjoni Ewropea qalet li d-dokumenti li minnhom qed tikkwota l-Greenpeace kienu jirreferu għal pożizzjonijiet fin-negozjati u mhux ir-riżultat finali.
Il-Greenpeace hi fost dawk li qed jopponu għat-TTIP għax issostni li dan se jagħti wisq poter lin-negozji l-kbar għad-deteriment tal-konsumatur u l-gvernijiet nazzjonali.
Min-naħa l-oħra, dawk favur isostnu li permezz ta’ dan il-ftehim se jkun hemm gwadann ta’ 100 biljun kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti.
Il-fergħa tal-Greenpeace fl-Olanda lbieraħ ippubblikat 248 paġna ta’ dokumenti fuq il-websajt TTIP-leaks.org.