Lokali

Aġġornata : Pollakk li qata’ ras għalliema arrestat fil-belt Valletta

Mandatory Credit: Photo by East News/REX/Shutterstock (5585509c) Kajetan Poznanski Manhunt for 'Polish Hannibal Lecter', Warsaw, Poland - 10 Feb 2016 Interpol have issued a Red Notice for 30-year-old librarian Kajetan Poznanski, who is said to be obsessed with Hannibal Lecter, who murdered his Italian teacher by beheading her with a samurai sword. He then dismembered her body before transporting it back to his flat in a suitcase. He then set the property on fire in an attempt to cover up his crime. Police suspect he might have left Poland and have issued a European arrest warrant

Il-Pulizija ta’ Malta arrestaw lil-librar Pollakk ta’ 27 sena Cajetan Poznanski, meqjus bħala bniedem fost l-iktar perikolużi hekk kif jinsab akkużat bil-qtil makabru tal-għalliema tat-Taljan tiegħu, Katarzyna J. Il-Pulizija arrestat lill-Pollakk mill-belt Valletta u hu kien qed jgħix fil-guest house Asti li tinsab fil-belt ukoll.

asti-guest-house (1)

Ġisem il-mara kien nstab f’rucksack u bagalja imbiċċer f’biċċiet b’xabla tas-Samurai, li tagħhom hu kollezzjonist, u bir-ras maqtugħa  wara li allegatament Poznanski ta n-nar lill-fdalijiet.

Interpol Kajetan Poznanski
Poznanski ħarab mill-Polonja lejn il-Ġermanja, imbagħad lejn l-Italja qabel qasam lejn Malta permezz tal-baħar. Hu maħsub li l-pjan tiegħu kien li jkompli l-vjaġġ lejn l-Afrika.

Malli nstab ġisem il-mara, il-Pulizija Pollakka ħarġet mandat ta’ arrest Ewropew sakemm finalment jidher li nstab f’lukanda f’pajjiżna. Hu kien arrestat mill-Pulizija Maltija fil-venda tal-Belt Valletta

Tkellimna ma’ kollegi mill-Polonja li taw dettalji dwar il-qtil li dwaru jinsab imfittex Ponanski. Huma qalu li Ponanski kien qed jipprova jsir ġurnalist u l-kitbiet li kien bagħat bħala prova kienu dwar kannibaliżmu.

Hu kien qatel lill-għalliema f’appartament f’wieħed mid-distretti tal-kapitali Varsavja, qattagħha biċċiet u ġarr il-fdalijiet tagħha f’basket u qabad taxi biex imur lura fl-appartament tiegħu f’parti oħra ta’ Varsavja. Meta x-xufier tat-taxi innota d-dmija li bdiet ittebba’ l-basket u beda jissuspetta, Poznanski wieġbu li fil-basket kellu “laħam tal-majjal.”