Internazzjonali

Pressjoni dwar il-burkini fi Franza

Madwar 30 Sindku, fi Franza, qed ikunu mħeġġa jsegwu mandat tal-qorti li annulla l-projbizzjoni kontroversjali għall-ilbies tal-burkini (malja għall-Islamiċi li tgħatti l-ġisem kollu) effettiva għall-belt ta’ Villeneuve-Loubet.

L-ogħla qorti amministrattiva fi Franza, nhar il-Ġimgħa, issospendiet din il-projbizzjoni fuq bażi ta’ rispett għal-libertajiet ċivili. Intant, is-Sindki f’numru ta’ bliet oħra qalu li se jkomplu jinsistu biex japplikaw il-projbizzjoni għall-burkini.

Iżda wara li l-Kunsill tal-Istat iddeċieda li l-projbizzjoni f’Villeneuve-Loubet ‘kienet imposta b’abbuż ċar u illegali tal-libertà fundamentali’, l-avukat favur id-drittijiet umani kien ressaq il-każ ‘kontra’ għamilha ċara li ‘hu se jipproċedi bil-mezzi legali kontra kull belt li jibqa’ jipprojbixxi l-burkini’.

L-awtoritajiet lokali f’Nizza, Frejus u Sisco (f’Korsika) iridu li l-projbizzjoni tibqa’ f’postha, waqt li l-Prim Ministru Franċiż, Manuel Valls kiteb favur il-projbizzjoni fuq Facebook fejn fisser ‘il-burkini bħala l-affirmazzjoni politika tal-Islam f’post pubbliku’.