Lokali

Prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il-laqgħa taċ-CHOGM

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-MaltaPost p.l.c. se jniedu prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il-laqgħa bejn il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Commonwealth (CHOGM) li se ssir f’Malta bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru 2015. Dan il-prodott konġunt ser jikkonsisti f’munita tal-fidda maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, bolla tal-fidda maħruġa mill-MaltaPost p.l.c. u pjanċa tal-metall maħduma mid-De La Rue.