Lokali

Protesta fil-Pixkerija

Bejjiegħa u Sajjieda dalgħodu għamlu protesta fil-pixkerija l-ġdida fil-Marsa.

Huma qed jilmentaw li hemm nuqqas ta’ faċilitajiet f’dan il-post ġdid. Il-protesta bdiet għal ħabta tas-sitta u s-sajjieda qalu li llum u għada mhu se jkun hemm ebda bejgħ.

Fost il-faċilitajiet neqsin għas-sajjieda u l-bejjiegħa hemm nuqqas ta’ faċilitajiet biex ikun jista’ jintrema’ l-iskart. Problema oħra hi li l-bejjiegħ mhux jara l-ħut li qed jixtri mill-qrib.

Bejjiegħa li tkellmu magħna qalulna li fil-Pixkerija l-ġdida m’hemmx faċilita ta’ ilma baħar u l-anqas kamra biex fiha jitnaddaf ħut kbir bħal tonn u ħamiem tal-baħar.