Lokali

“Puttinu hu xhieda tal-impenn tas-soċjetà” – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil irrikonoxxa l-ħidma kbira li qed iwettaq Puttinu u sostna li dan jikkonferma l-impenn tal-poplu li jgħin f’aspetti umanitarji.

Dan il-messaġġ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għaddieh meta kien qed iżur il-Maratona ta’ Puttinu fil-Marsa fejn kien akkumpanjat mill-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-PN David Agius.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-impenn ta’ Puttinnu juri li fil-pajjiż m’għandux ikun il-Gvern li jagħmel kollox iżda s-soċjetà għandha tkun impjenjata wkoll li tagħmel il-parti tagħha. Simon Busuttil sostna li kieku fil-pajjiż m’hawnx Puttinu, il-problemi kollha li llum isolvi Puttinu jridu jkunu solvuti mill-Gvern. Il-Kap tal-PN sostna li l-Maratona ta’ Puttini turi ukoll il-parteċipazzjoni tal-poplu Malti u s-sens ta’ solidarjetà li l-poplu Malti juri mal-persuni li huma fil-bżonn.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ppreżenta donazzjoni ta’ €1,000 lil Puttinu Cares f’isem il-PN.