Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bil-mutur fi Triq Reġjonali

Mill-arkivji

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq Reġjonali fil-Gżira fid-direzzjoni lejn l-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta’ tas-2.30 a.m. meta r-raġel ta’ 35 sena li hu residenti f’Tal-Pieta u li hu ta’ nazzjonalita Serba, tilef il-kontroll tal-mutur Piaggio Runner.

Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn kien ċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Il-Maġistrat tal-Għassa mexxa inkjesta fuq il-post. It-triq damet magħluqa għal xi ħin u reġgħet infetħet ftit qabel is-7a.m.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema qed tinvestiga l-każ.