Internazzjonali

Raġel imut wara li qabbad lilu nnifsu barra l-Palazz ta’ Kensington

Raġel tilef ħajtu wara li ta n-nar lilu nnifsu barra l-Palazz ta’ Kensington, f’Londra.

Il-Pulizija fil-kapitali Britannika wieġbu għas-sejħa malli kienu infurmati bl-inċident barra r-residenza tad-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, iżda r-raġel laħaq miet bil-ġrieħi li ġarrab. L-inċident mhux qed ikun ittrattat bħala wieħed ‘terroristiku’.

Il-Pulizija qalu li kienu kkuntattjati minn sptar f’Londra fis-sigħat bikrin tallum u ‘wara li pazjent kien naqas milli jirritorna l-isptar’. Intant, il-Pulizija intervjeniet sigħat wara, meta daħlulha rapporti dwar ‘raġel li kien qed iġib ruħu b’mod suspettuż’. Meta, imbagħad, huma waslu fuq il-post raw lil dan ir-raġel bil-fjammi telgħin minn miegħu.

Sorsi infurmati qalu li l-Prinċep William (id-Duka ta’ Cambridge), u martu Kate, ma kinux fil-Palazz ta’ Kensington waqt din id-drama.