Lokali

Raġel isofri feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ żewġ metri

Raġel ta’ nazzjonalità Sirjana sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ metri minn fuq scaffolding f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq il-Lewżiet.

Jirriżulta li għal xi raġuni, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol, ir-raġel waqa’ minn fuq l-iscaffolding.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna medika lir-raġel qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Pulizija mill-Għassa taż-Żurrieq qed tinvestiga l-każ.