Lokali

Raġel jiddaħħal l-isptar wara li waqa’ ġebel fuqu mis-swar tal-Floriana

Skont rapporti li rċieva dan il-portal jidher li raġel ta’ 38 sena mill-Belt Valletta ttieħed l-isptar Mater Dei wara li ntlaqgħat minn ġebel li waqa’ mis-swar li hemm biswit il-Valletta Waterfront fil-Floriana. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-19,15.

In-nies li tkellmu magħna qalulna li ilhom issiru rapporti lill-awtoritajiet konċernati dwar dan iżda l-problema baqgħet tippersisti.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha m’hiex magħrufa.

L-inċident ġie konfermat mill-Pulizija.