Lokali

Raġel jinstab mindud f’nofs ta’ triq f’San Ġiljan

Kmieni dalgħodu fi Triq Dragunara f’San Ġiljan raġel instab mindud u jterter bil-bard mal-art f’nofs ta’ triq, bil-karkur ħdejh u b’ħafna karozzi għaddew minn ħdejh u ma tawhx assistenza.

Persuni li tkellmu mas-sit netnews.com.mt qalulna li fiż-żona ta’ Paceville ta’ sikwit tara din ix-xena, speċjalment kmieni filgħodu, iżda dan ma kienx jidher biss każ ta’ alkohol eċċessiv, iżda wkoll każ ta’ persuna bla saqaf fuq rasu.

Residenti f’San Ġiljan qalulna li saret xi ħaġa wisq normali li tara persuni reqdin barra bla saqaf f’din iż-żona u nsistew li għandha tittieħed azzjoni. 13776030_10208355510540159_447576186399446506_n