Lokali

Raġel jittieħed l-isptar wara li nqaleb bil-karozza f’Ħ’Attard

Raġel kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-4.00p.m. nqaleb bil-karozza fi Triq l-Imdina, f’Ħ’Attard.

Jirriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel fuq wara ta’ vann li kien ipparkjat u bil-konsegwenza ta’ hekk il-karozza nqalbet.

Fil-ħin tal-inċident fil-vann kien hemm żewġt irġiel, iżda ma ħarrbu ebda ġrieħi.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.