Raġel Svizzeru iddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ndarab fil-bajja ta’ St Peter’s Pool f’Dellimara. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta raġel qabeż minn għoli u għal xi raġuni ġie kkawżat l-inċident.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza għalkemm nies li kienu fuq il-post qalulna li l-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta mar biex jassisti f’dan il-każ.
Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>