Lokali

Raġel mill-Ghana jasal fl-Italja minn Malta b’dokumenti foloz

Il-Pulizija ta’ Pozzallo arrestaw raġel ta’ 31 sena mill-Ghana, Baffo Evans, malli dan wasal f’Pozzallo abbord il-Katamaran minn Malta.

Jirriżulta li r-raġel kien qed jivvjaġġa b’dokumenti foloz, anke’ għaliex kien tkeċċa mill-pajjiż mill-Prefettura ta’ Foggia u mċaħħad milli jirritorna l-Italja.

Ir-raġel inqabad hekk kif deher aġitat ħafna waqt li l-Pulizija kienu qed jagħmlu r-ronda tas-soltu. Kien hawn li qanqal suspett u nsta li kien qed jivvjaġġa b’karta tal-identita’ u permess ta’ residenza foloz.