Lokali

Raġel minn Ħal Luqa rrappurtat nieqes

Robert Chetcuti (ritratt), ta’ 40 sena minn Ħal Luqa, it-Tnejn li għadda ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija fl-Għassa ta’ Ħal Luqa stess.

Chetcuti għandu għajnejh u xagħru kannella, filwaqt li hu twil u mibni.

Il-Pulizija talbet għall-għajnuna tal-pubbliku, billi kull min għandu xi informazzjoni jinformaha fuq in-numri 119 jew 21224001-9. Jista’ wkoll jagħmel kuntatt fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.