Internazzjonali

Rapporti li nqatel il-kelliem tal-ISIS

Il-militar Amerikan qal li kien qed jivverifika r-rapporti maħruġa mill-ISIS li l-kelliem tal-grupp militanti Iżlamiku kien inqatel.
Skont l-istess ISIS, Abu Muhammad al-Adnani inqatel waqt li kien f’Aleppo. Xi uffiċjali Amerikani qalu li filwaqt li Adnani kien fil-mira ta’ attakk mill-ajru li sar riċentament, huma ma setgħu jikkonfermaw xejn għalissa.
Iżda sorsi Amerikani qalu li hu kien attakkat mill-ajru waqt li kien qed jivvjaġġa f’karozza fl-inħawi ta’ al-Bab.
Adnani, li kien Sirjan, kien jitqies ukoll wieħed mill-imħuħ ewlenin tal-ISIS b’rabta mal-attakki terroristiċi fl-Ewropa.