Internazzjonali

Rapporti li nqatel Ministru ewlieni tar-reġim ta’ Pyongyang

Uffiċjali tal-Gvern tal-Korea t’Isfel qalu li skont informazzjoni li għandhom, Viċi Prim Ministru tal-Korea ta’ Fuq u wkoll Ministru tal-Edukazzjoni, inqatel fuq ordnijiet tad-ditattur Kim Jong-un.
Kelliem għall-Gvern ta’ Seoul qal li dak li nqatel kien Kim Yong Jin imma r-reġim ta’ Pyongyang rarament jikkonferma aħbarijiet simili u spiss il-konferma tinkiseb meta l-persuna involuta tonqos li tidher f’attivitajiet uffiċjali f’Pyongyang.
Sorsi mbagħad qalu li Kim Yong Jin inqatel billi nfetaħ in-nar fuqu b’kanun li jintuża għal kontra l-ajruplani u dan għaliex beda jongħos waqt laqgħa ma’ Kim Jong-un. Intqal li l-qtil tiegħu seħħ f’Lulju imma kien biss issa li l-gvern ta’ Seoul ħass li kellu biżżejjed informazzjoni biex jagħti l-aħbar.