Futbol Sport

Real Madrid jirbħu ċ-Champions League

Illejla Real Madrid saru Champions tal-Ewropa għal 11-il-darba fl-istorja, wara li fil-finali taċ-Champions League li ntlagħbet f’San Siro f’Milan, Real Madrid għelbu lil Atletico Madrid bil-penalties.

Il-Logħoba spiċċat bl-iskor ta’ 1-1 wara li Sergio Ramos poġġa lil Real Madrid fil-vantaġġ fil-15-il minuta u lejn tmiem il-partita Carrasco ġab id-draw għal Atletico Madrid.

Il-logħoba marret għal ħin barrani u l-iskor baqa dak ta’ 1-1, biex imbagħat il-finali kellha tkun deċiża bil-lotterija tal-penalties, b’Real Madrid jirbħu għal 11-il darba.