Lokali Qorti

Refuġjat jinżamm arrestat

Refuġjat Libjan inżamm arrestat wara kien akkużat li attakka impjegat taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far b’sikkina jumejn ilu.

Khalleefah Aljeelai Aljamie Alhaaj, ta’ 32 sena minn Benghazi kien akkużat li attakka social workers mal-Aġenzija għall-Ħarsien tar-Refuġjati u li kkaġuna feriti ħfief fuq impjegat. L-avukat difesnur tal-akkużat qal li l-Libjan kien qed jagħmel apolo;ija. Il-Prosekuzzjoni qalet li ma kellhiex oġġezzjoni li l-akkużat jingħata sentenza sospiża jekk jammetti.

Minkejja dan il-Maġistrat Joe Mifsud sosta li l-aħjar deċiżjoni tkun li l-akkużat jintbagħat il-ħabs meta jkun ikkunsidrat li l-akkużat ma kellux biex iħallas il-multa. Quddiem din is-sitazjzoni l-Libjan wieed li mhux ħati iżda ma talabx il-ħelsien mill-arrest.