Lokali

Rekord Nazzjonali jiftaħ l-istaġun tal-Festi Għawdxin

Nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju waqt il-festa titulari ddedikata lil San Pawl fil-Munxar Għawdex se jsir tentattiv ta’ rekord bħala ‘L-Akbar Faċċata Armata għal Festa’. Din il-faċċata ġiet maħduma b’mod volontarju minn ħafna żgħażagħ Munxarin.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jilħqu l-qofol tagħhom is-Sibt 28 ta’ Mejju bil-wasal tar-relikwa tad-driegħh tal-Appostlu Missierna San Pawl fil-5.30 u tkompli bil-marċ ta’ lejliet il-festa li jibda fid-9.30pm. Imbagħad il-Ħadd bil-Purċissjoni bl-Istatwa Titulari li tibda ħierġa fis-7.30pm.