Internazzjonali

Renzo Piano jieħu ħsieb ir-rikostruzzjoni wara t-terremot

epa05513947 Members of the Italian Fire Brigades help an elderly local woman during evacuation of the earthquake-stricken town of Amatrice, Lazio region, five days after the devastating eathquake that hit central Italy, 29 August 2016. The latest provisional death toll from the 24 August earthquake is 290. EPA/MASSIMO PERCOSSI

Il-Perit Taljan Renzo Piano tqabbad mill-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi biex jieħu ħsieb ir-rikostruzzjoni taz-zoni milquta mit-terremot tal-ġimgħa li għaddiet. Piano qal li fost l-ewwel affarijiet li għandhom isiru fl-Italja kien li jissaħħu l-liġijiet dwar il-bini, partikolarment biex dawn jifilħu għat-theżżiż kif ukoll biex wieħed ikollu moħħu mistrieħ dwar il-mod kif inhu mibni l-bini, kemm dak pubbliku kif ukoll il-privat. Piano għandu esperjenza kbira f’dan il-qasam peress li ħadem għal snin twal mal-UNESCO dwar kif wieħed jista’ jipproteġi l-bini antik minn diżastri naturali u r-rikostruzzjoni ta’ wara. Il-pjan tal-Gvern Taljan li tqabbad jieħu ħsieb Piano hu mifrux tul perjodu ta’ 50 sena, bi Piano jesprimi fiduċja li minkejja l-kobor ta’ dak li jrid isir, jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed jista’ jirnexxi.
It-terremot tal-24 ta’ Awwissu ħalla tal-anqas 390 persuna mejta u tal-anqas 3,000 bla saqaf fuq rashom, bl-irħula ta’ Amatrice, Accumoli u Pescara del Tronto jintlaqtu l-agħar.