Futbol Sport

Replay Preview illejla fid-9pm fuq Net Television – Analiżi tal-Kampjonat Premier s’issa

F’Replay Preview tal-lejla, li jibda fid-9pm fuq Net Television, se tkun qed tingħata ħarsa estensiva lejn kif qed jiżvolġi l-Kampjonat Premier s’issa hekk kif wara tnax-il partita għal kull tim mill-bidu tal-Kampjonat, hemm biss tliet punti differenza bejn l-ewwel sitt timijiet tal-klassifika. Il-ħdax-il programm minn din l-iskeda ta’ dan il-programm innovattiv se jkun qed iwassal intervisti esklussivi mal-kowċis kollha ta’ Balzan, B’Kara, Floriana, Hibernians, Tarxien Rainbows u Valletta. Dawn kollha se jkunu qed jgħidu tagħhom dwar il-Kampjonat Premier s’issa.

Fil-programm tal-lejla se jkun hemm intervista interessanti mir-rubrika popolari u ta’ kull ġimgħa, ‘X’Sar Minnhom?’ fejn il-presentatur Christian Micallef jintervista eks plejer jew uffiċjal li llum m’għadux involut fil-futbol lokali. L-intervista tal-lum hi mal-eks plejer ta’ Melita u captain ta’ B’Kara, Michael Galea li waqaf mill-futbol erba’ snin ilu fl-etá ta’ 32 sena.

Replay Preview għandu produzzjoni u presentazzjoni ta’ Christian Micallef, Stewart Said hu assistant għall-produzzjoni waqt li Stephen Chircop hu responsabbli mill-muntaġġ u jipproduċi l-programm flimkien ma’ Micallef. Il-programm għandu l-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, Best Deal Properties, Brown’s Pharma Limited u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay agħfas hawn biex tidħol fil-Facebook Page tal-programm.