Futbol Sport

Replay Preview illejla fid-9pm fuq Net Television – L-aħħar aħbarijiet u intervisti qabel il-partita B’Kara kontra Hibernians

Ritratt ta' Christine Borg

Hekk kif fit-tmiem il-ġimgħa tintlgħab it-22 ġurnata mill-Kampjonat Premier, ilejla jixxandar programm ieħor interessanti mis-sensiela Replay Preview fid-9pm fuq Net Television. L-enfasi tal-programm tal-lejla se jkun fuq il-konfront tal-ġimgħa bejn B’Kara u Hibernians li jintlgħab nhar il-Ħadd li ġej fl-4pm fl-iStadium Nazzjonali. Għaldaqstant fil-programm tal-lejla se jkun hemm servizz bl-aħħar aħbarijiet qabel din il-partita u intervisti maż-żewġ kowċis rispettivi, Drasen Besek ta’ B’Kara u Branko Nisevic ta’ Hibernians. Apparti minn hekk Replay tkellem ukoll mal-gowlkiper il-ġdid ta’ Hibernians, Justin Haber li mistenni jidebutta f’din il-partita kontra l-eks tim tiegħu kif ukoll mad-difensur Serb ta’ B’Kara, Nikola Vukanac.

Fil-programm tal-lejla se jkun hemm ukoll servizz speċjali dwar partita oħra importanti u li se tintlgħab nhar il-Ħadd li ġej, dik bejn Balzan u Floriana fejn it-tim ta’ Replay segwa l-aħħar sessjonijiet ta’ taħriġ taż-żewġ timijiet rispettivi u tkellem malk-kowċis, Oliver Spiteri ta’ Balzan u Luis Oliveira ta’ Floriana.

Intant apparti li jitwasslu l-aħħar aħbarijiet dwar il-bqija tal-partiti l-oħra ta’ tmiem il-ġimgħa, f’Replay Preview tal-lejla ikun hemm l-interivista ta’ kull ġimgħa ma’ eks plejer tal-futbol lokali. Ilejla l-intervista se tkun mal-eks attakkant ta’ St. Andrews, Sliema Wanderers, Pietà Hotspurs, Valletta u Qormi, Anatole De Bono. Sfortunatament dan il-plejer kellu jieqaf ta’ 30 sena mill-futbol wara li kien diagnose bil-multiple sclerosis.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ TwisteesMcVitiesCarlsbergGasanMamo InsuranceBest Deal PropertiesKing of Shaves u Malta Football Players Association.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.

Ritratt ta’ Christine Borg.