Lokali

Residenti jilmentaw li ġew minsijin mill-awtoritajiet.

Wara x-xita tal-bieraħ, residenti ta’ Triq Mose Gatt f’Birkirkara mill-ġdid sabu ruħhom fit-tajn hekk kif ilhom ix-xhur jistennew li titlesta l-aħħar fażi ta’ din it-triq. Resident ta’ din it-triq tella’ ritratti fuq il-paġna The Salott fuq Facebook li juru l-istat ta’ din it-triq.

Triq mhux lesta B'Kara

Dan ir-resident jgħid li l-kostruzzjoni tat-triq ilha lesta imma diversi ittri u lmenti sabiex it-triq titlesta u tingħata saff tarmak jidhru li waqgħu fuq widnejn torox.