Internazzjonali

RITRATT: “Amatrice m’għadiex teżisti”

Dan huwa ritratt li qed idur fuq il-media soċjali u li juri kif spiċċat Amatrice wara t-terremot ta’ dan il-lejl – raħal li spiċċa krolla kollu kemm hu.

Amatrice huwa wieħed mill-aktar irħula li sofra ħsarat wara t-terremot li kellu qatta ta’ 6.0 fuq l-Iskala Richter.

Is-Sindku ta’ Amatrice stqarr illi ċ-ċentru tar-raħal m’għadux jeżisti u l-bini kollu iġġarraf.