Lokali

Ritratt: Sewwieq ta’ mutur jeħlisha ħafif wara U turn ta’ vann

Sewwieq ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ jista’ jgħoddha b’waħda wara li sewwieq ta’ vann tat-tip Transit iddeċieda li jagħmel U turn mingħajr ma ċċekkja x’kien ġej minn warajh.

Il-każ seħħ fi Triq Manwel Dimech, f’Ħal Qormi għall-ħabta tas-13:00, bis-sewwieq tal-mutur jispiċċa jitkaxkar għal mitt metru u l-mutur jinqasam min-nofs mal-impatt..

Fortunatament iż-żagħżugħ ma’ sofriex ġrieħi gravi, bid-daqqa tal-impatt jiħodha kollha l-mutur tat-tip Honda MC22 li bħalu f’pajjiżna hawn biss tnejn oħra.

F’kummenti lil dan is-sit, iż-żagħżugħ appella għal iżjed rispett lejn is-sewwieqa tal-muturi, filwaqt li qies ruħu fortunat li għadu jista’ jirrakkonta dak li għadda minnu llum.

12728893_1031753820180928_7713115456125068964_n