Lokali

Ritratt ta’ mogħża marbuta minn għonqha u tgħum fil-ħmieġ jqajjem rabja

Rabja kbira fost ħafna persuni wara li sigħat ilu ttella’ ritratt ta’ mogħża mixħuta fi trakk u marbuta minn għonqha, aktarx qabel ittieħdet għall-qatla.

Ir-ritratt juri lill-mogħża mitluqa fit-trakk, bilkemm tista’ tniżżel rasha minħabba l-ispaga li hi marbuta biha.

Barra minn hekk il-mogħża tidher mitluqa fil-ħmieġ tagħha stess, fuq il-ħadid imxarrab anke kawża tax-xita. Dan kollu waqt li sid it-trakk ma kienx hemm.

Dwar dan il-każ ġew infurmati l-Animal Welfare u għaddejja investigazzjoni.