Lokali

Ritratti: Appell għal soluzzjoni fit-tibdil tal-klima

OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Għada bosta pajjiżi membri tal-Ġnus Maqgħuda se jniedu summit ta’ ġimgħatejn rigward it-tibdil fil-klima, f’dan se jiehdu sehem aktar minn 147 pajjiż. Dan is-summit se jiġi mniedi bl-għan li joħloq qbil li jiġi f’effett fis-sena 2020. Ħafna qed jaħsbu li l-qbil li jista’ jintloħoq mhux se jkun wieħed sostenibbli u għalhekk hemm ċans li jħalli ftit li xejn differenza fir-rata mgħaġġla li għaddeja bħalissa fil-klima tad-dinja.

Illum lejliet dan is-summit mijiet ta’ persuni minn madwar id-dinja qed isejħu għall-azzjoni vera rigward it-tibdil fil-klima. F’Malta, l-għaqda Friends of the Earth ikkordinat numru ta’ affarjiet li juru kemm dak li sar s’issa rigward il-klima huma m’huwiex effettiv. Friends of the Earth qalu li bosta installazjonijiet li għamlu huma b’messaġġ għall-kapijiet tal-Commonwealth fejn ukoll huwa impenn tagħhom li jieħdu interess f’dak li qed jiġri fid-dinja u fit-tibdil tal-klima.

Martin Galea De Giovanni id-Direttur tal-Friends of the Earth qal li issa huwa ż-żmien li l-poplu jirrealizza u jagħmel appell li l-gvernijiet biex jieħdu din il-problema tal-klima bis-serjeta’. L-għaqda qalet li minħabba t-tibdil tal-klima huma ħafna nies li qed ibgħatu aktar il-faqar, u qalu wkoll li l-bidla fil-klima qed jikkawża numru ta’ immigrazzjoni ta’ bosta ġnus.

Huma qalu li Malta bdiet taħdem għall-enerġija sostenibbli, madanakollu pajjiżna jonqsu jagħmel passi kbar f’dan il-qasam. Malta trid timplementa bosta miżuri ġodda biex tkompli tikber il-provvista tal-enerġija minn enerġija sostenibbli.