Lokali

Ritratti: Dak li fadal minn karozza li tgħaffġet minn karozza tal-linja

Il-karozza tal-linja li farrket vettura privata li kienet ipparkjata, imxiet lura waħedha għaliex ix-xufier ma kienx fiha.

Kawża ta’ dan l-inċident, li seħħ iktar kmieni dalgoħdu f’Birżebbuġa, il-karozza privata spiċċat mgħaffġa ma’ ħajt bi ħsara konsiderevoli.

13178636_1737855576490969_3454284318682829411_n

Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ. ix-xufier ġie sospiż immedjatament mill-Malta Public Transport sakemm isiru l-investigazzjonijiet interni.

Fi stqarrija, il-Malta Public Transport skużat ruħha tal-inkonvenjent lejn il-passiġġieri u l-pubbliku.

13165866_1737855583157635_1491345574425801981_n

Ritratt: Waqfet Tal-Linja- Autobuses De Leon Disaster