Internazzjonali

Ritratti ġodda tal-Prinċipessa Charlotte f’għeluq l-ewwel sena

Għadhom kemm ħarġu ritratti ġodda tal-Prinċipessa Charlotte li ħaditilha ommha Katherine, id-Dukessa ta’ Cambridge, biex tiċċelebra għeluq l-ewwel sena ta’ bintha li jaħbat proprju għada, it-2 ta’ Mejju.

Dawn ir-ritratti ttieħdu f’April fid-dar tad-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, f’Norfolk. Kelliema għall-Palazz ta’ Kensington, f’Londra, qalu li l-Prinċep William, id-Duka ta’ Cambridge u martu huma ‘ferħanin ħafna’ li jistgħu jaqsmu dawn ir-ritratti mal-pubbliku.

13139193_1123205844367911_389592708351054146_n

13076674_1123205857701243_4320364795987966113_n